top of page
11.jpg
12.jpg

Tradizzjonijiet, festi, użanzi

Proposta Moviment Soċjali Indipendenti ResidentiBeltin –  07/09/2021 Ⓒ (Digital & Published Rights)

Sfortunatament nħolqulhom skoss inkonvenjenti matul is-snin; diversi drabi fejn attivitajiet reliġjużi ġew iddisturbati minn mużika għolja li kienet ġejja minn stabbilimenti, żgumbrar ta’ mwejjed, siġġijiet u pjattaformi .. Fil-qosor tnaqsilhom ir-rispett – jeħtieġ li kulħadd għandu jirrispetta dawn l-attivitajiet reliġjużi.

01) Issir ħidma biex kull aspett rigward dawn is-suġġetti jerġa’ jingħata saħħa u l-użanżi l-antiki jerġgħu jirritornaw fostna ġewwa l-Belt Valletta.

02) Il-mudell ekonomiku preżenti huwa dak favur il-kummerċ estrem. Aħna naħdmu b’risq il-mudell ekonomiku l-ġdid bil-mira li l-lokalità tkattar residenti permanenti. B’hekk jiġi ggarantit li kull parroċċa ma tispiċċax mingħajr nies/residenti.

03) Jinħarġu studenti permezz ta’ kollaborazzjoni mal-iskejjel tal-arti sabiex waqt li jingħataw l-esperjenza bħal workshops u korsijiet, id-dilettanti tal-festi jkollhom għajnuna addizzjonali.

04) Il-missjoni tagħna tinvolvi li naħdmu biex nirrevokaw u nevitaw aktar tfixkil madwar il-knejjes tagħna, quddies, servizzi, funerali, u avvenimenti ceremonjali u reliġjużi. L-aspett reliġjuż mhux se jkollu jbaxxi rasu għal tali sabutaġġ ippjanat b’mod sistematiku ta’ diżrispett.

05) Minbarra l-inkonvenjenzi se nindirizzaw ukoll in-nuqqas ta’ fondi suffiċjenti mill-istat u minn kull entità involuta – il-wirt tagħna bħal kappelli, knejjes jeħtieġu l-appoġġ kollu li jistgħu jiksbu. Għalhekk nissuġġerixxu li l-Kunsill Lokali għandu jkollu rwol ewlieni vitali f’dan kollu.

​*Kull proposta tiġi ssolidifikata u mtejba la darba l-Kunsill, taħt it-tmexxija tagħna, isejjaħ laqgħat pubbliċi mar-residenti.

9.jpg
bottom of page