Dwar l-Istatut
Artikolu 1 - L-Isem u l-Identità
- Il-partit jismu ResidentiBeltin.
- L-akronimu huwa RB.
- Il-partit jista’ jadotta logos u slogans skont il-ħtieġa, suġġett għal approvazzjoni fejn meħtieġ mil-liġi.
Artikolu 2 - Għeruq u Skop
Il-partit oriġina minn inizjattiva komunitarja u ġie formalizzat biex jirrappreżenta lir-residenti. L-iskop ewlieni huwa li jipproteġi u jsaħħaħ id-drittijiet tar-residenti.
Il-partit jaġixxi bħala:
-
Struttura b’skop primarju għar-rappreżentanza fil-Kunsill Lokali
-
Grupp ta’ pressjoni u entità kollaborattiva ma’ entitajiet relevanti
<>
*
< class="rb-statute-article" aria-labelledby="article-3">>
*
<>
Artikolu 3 - Għanijiet u Prinċipji
Il-partit jaħdem fl-interess tar-residenti.
Il-partit jikkontribwixxi u jallinja ruħu mal-prinċipji ta’ UNESCO dwar il-protezzjoni tal-Belt Valletta bħala World Heritage Site.
Il-partit jimpenja ruħu lejn il-valuri kostituzzjonali ta’ Malta, allinjati mal-Kostituzzjoni ta’ Malta. Jippromwovi:
- Dinjità, serħan u kwalità tal-ħajja
- Bilanċ bejn residenti u kummerċ
- Ħarsien tal-wirt storiku, kulturali u ta’ identità
- Stat tad-dritt
- Drittijiet tal-bniedem
- Ugwaljanza
- Il-promozzjoni tal-ġustizzja soċjali u l-ġid komuni
- It-titjib tal-kwalità tal-ħajja u l-benesseri tar-residenti
- Il-ħarsien tal-ambjent għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri
- Il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli
- Il-protezzjoni tal-patrimonju kulturali, storiku u artistiku
- Il-ħarsien tal-identità u l-karattru uniku lokali
- Il-garanzija tal-parteċipazzjoni demokratika
- Il-promozzjoni tat-trasparenza u l-kontabbiltà fil-governanza
- Il-ħarsien tal-libertajiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni
- Ir-rispett lejn id-dritt għall-proprjetà u d-dar
- Il-bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku, it-turiżmu u d-drittijiet tar-residenti
- Il-ħarsien tas-sigurtà pubblika u s-saħħa residenzjali
- Il-prevenzjoni tal-istorbju eċċessiv, iffullar u problemi ta’ sanità
- Il-promozzjoni ta’ ambjent urban sostenibbli u ordnat
Permezz ta’ dan l-istatut, il-partit u l-membri tal-partit jingħataw l-appoġġ assolut ta’ entitajiet pubbliċi u rappreżentanti pubbliċi kollha biex jappoġġjaw il-missjoni tiegħu.
Dan l-istatut huwa mmexxi mill-prinċipji stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, inklużi l-promozzjoni tal-ġustizzja soċjali, il-ħarsien tal-ambjent għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, il-protezzjoni tal-patrimonju kulturali u storiku, it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tar-residenti, u l-garanzija tal-parteċipazzjoni demokratika, u r-rispett.
Artikolu 4 - Terminu
Il-partit huwa stabbilit għal żmien indefinit.
Artikolu 5 - Sħubija
5.1 Tipi ta’ Parteċipazzjoni
- Membri Uffiċjali: b’drittijiet sħaħ ta’ governanza
- Segwaċi/Supporters: mingħajr drittijiet ta’ governanza, vot favur jew kontra mozzjoni
Biex jiġi evitat konflitt ta’ interess, il-partit jirriserva d-dritt li jirrifjuta individwi li huma rappreżentanti, affiljati jew kandidati uffiċjali ma’ partiti oħra li ma jkunux kumpatibbli.
Għal membri interessati li jsiru supporters, u li jixtiequ jwasslu suġġerimenti jew ilmenti dwar il-lokalità, jistgħu jikkuntattjaw kwalunkwe membru uffiċjali jew residentibeltin@gmail.com.
L-appoġġ għal ResidentiBeltin ikun magħmul minn residenti ħerqana u intenzjonati sew.
5.2 Eliġibilità għal Kariga Uffiċjali
Kull persuna ta’ mill-inqas 16-il sena tista’ tapplika.
L-applikant irid jaċċetta dan l-istatut.
5.3 Proċess ta’ Sħubija Uffiċjali / Kumitat
- L-applikazzjoni jew ir-rikjesta ssir permezz ta’ messaġġ diġitali jew telefonata uffiċjali.
- Il-Bord jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni.
- Il-membri jiġu rreġistrati internament.
5.4 Drittijiet tal-Membri Uffiċjali
- Parteċipazzjoni fil-votazzjoni
- Parteċipazzjoni fl-Assemblea Ġenerali
- Deċiżjonijiet interni
5.5 Finanzjament
Il-partit ma għandu l-ebda skema ta’ sħubija finanzjarja; jaċċetta lil kulħadd b’mod ugwali. Il-partit ma jaċċettax donazzjonijiet, memberships bil-ħlas, sponsorships jew dħul finanzjarju.
Artikolu 5A - Kandidati Uffiċjali u Kollaborazzjoni ma’ Entitajiet Oħra
Il-partit jista’ jippermetti li kandidati uffiċjali jiġu appoġġjati, assenjati jew mislufa temporanjament lil netwerks, gruppi, partiti żgħar jew entitajiet indipendenti oħra bħala kollaborazzjoni għall-ġid komuni f’kwalunkwe aspett.
Kondizzjonijiet:
- L-entitajiet l-oħra jkunu indipendenti u mhux affiljati maż-żewg partiti politiċi ewlenin
- Allinjament ċar ma’ prinċipji u għanijiet ta’ ResidentiBeltin
- Kollaborazzjoni b’benefiċċju dirett jew indirett għall-komunità, għal-lokalitajiet u residenti
Kull deċiżjoni trid:
- Tiġi approvata mill-Bord b’maġġoranza u dokumentata formalment
Kandidat li jaħdem taħt dan l-arranġament jibqa’ suġġett għall-istatut u dixxiplina ta’ ResidentiBeltin. Din il-kollaborazzjoni mhix fużjoni jew telf ta’ identità tal-partit; il-kandidat xorta jirriserva d-dritt għat-titlu bħala indipendenti u bħala servjent tal-komunità flok bħala politikant.
Artikolu 6 - Riżenja u Esklużjoni
Membru Uffiċjali jista’ jirriżenja fi kwalunkwe ħin, iżda l-partit irid jiġi avviżat minn tal-inqas 30 ġurnata qabel.
Esklużjoni tista’ sseħħ biss wara proċedura ġusta, inkluż:
-
Avviż
-
Dritt ta’ difiża
-
Dritt ta’ appell
< class="rb-statute-article" aria-labelledby="article-7"> >
Artikolu 7 - Drittijiet u Dmirijiet
Membri uffiċjali għandhom:
- Jirrispettaw l-istatut
- Jappoġġaw l-għanijiet tal-partit
Id-drittijiet tal-vot huma personali. Mhux trasferibbli - ħlief b’mod ta’ prokura f’każijiet ta’ emerġenza, jew f’każ fejn il-membru ma jkunx jista’ jattendi b’mod virtwali.
Artikolu 8 - Miżuri Dixxiplinari
- Twissija
- Sospensjoni
- Tneħħija minn kariga
- Esklużjoni
Kull azzjoni trid tirrispetta d-dritt ta’ difiża.
Artikolu 9 - Riżoluzzjoni ta’ Kunflitti
Il-Korp għas-Soluzzjoni tal-Kunflitt huwa magħmul minn 3 membri, fosthom il-President tal-partit.
Il-Korp jiddeċiedi biss meta l-membri jkunu kollha preżenti u jieħdu d-deċiżjonijiet b’maġġoranza sempliċi.
Il-Korp jista’ jiltaqa’ fiżikament, bil-konferenza telefonika jew konferenza bil-vidjo.
Kompetenzi tal-Korp:
-
Azzjoni dixxiplinari
-
Esklużjoni jew ċaħda ta’ sħubija
< class="rb-statute-article" aria-labelledby="article-10"> >
Artikolu 10 - Ugwaljanza
Il-partit jipprojbixxi diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi ta’ sess, orjentazzjoni, reliġjon, nazzjonalità jew età.
Artikolu 11 - Assemblea Ġenerali
11.A Sejħa u Funzjonament
L-Assemblea Ġenerali tissejjaħ mill-Bord.
Tiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena.
Kull assemblea ssir fil-ġurnata, fis-siegħa u fil-post stabbilit fl-avviż tas-sejħa.
Il-membri kollha għandhom jiġu mistiedna.
Il-Bord jista’ jwettaq is-sejħa b’kwalunkwe komunikazzjoni, b’ittra jew b’messaġġ diġitali iffirmat minn membru tal-Bord.
L-abbozz tal-aġenda jissemma fl-avviż tas-sejħa.
L-Assemblea Ġenerali tista’ tadotta Regolamenti Interni li jiddettaw il-funzjonament, il-ħatra u l-elezzjoni ta’ kumitati u korpi interni.
11.B Ftuħ
Preseduta mill-President, Viċi President jew membru elett għall-okkażjoni.
11.C Drittijiet u Votazzjoni
Kull Membru għandu vot wieħed wara probation ta’ 3 xhur, jew skont deċiżjoni tal-Bord.
Il-vot jista’ jsir b’mod sigriet.
Deċiżjonijiet b’maġġoranza sempliċi tal-voti tal-preżenti; riżoluzzjonijiet dokumentati u iffirmati diġitalment.
Il-Bord, kumitat jew uffiċjali jistgħu jsejħu membri mill-udjenza biex jipparteċipaw b’voti random.
11.D Setgħat
- Maġġoranza sempliċi: ħatra jew tkeċċija tal-membri, approvazzjoni tal-baġit, programmi tal-partit u elettorali
- Maġġoranza kwalifikata: emendi u approvazzjonijiet għall-Artikoli tal-Istatut, xoljiment, kollaborazzjonijiet
- Parteċipazzjoni mill-Udjenza: suġġerimenti għall-Artikoli tal-Istatut u voti relatati
11.E Funzjonament Dettaljat
Astensjonijiet u voti invalidi.
Skadenza ta’ 21 jum qabel għas-sottomissjoni ta’ mozzjoni jew aġenda; mozzjonijiet urġenti jew emendi diġà sottomessi jirregolaw skadenzi separati.
L-Assemblea hija valida irrispettivament min-numru ta’ preżenti.
Minuti tal-proċedimenti, inklużi mozzjonijiet, riżoluzzjonijiet u riżultati elettivi, jistgħu jkunu awdjo jew diġitali.
Artikolu 12 - Il-Bord
Minn tal-inqas, tlett Membri Uffiċjali.
Kariġi: President, Viċi President, Teżorier
Setgħat: amministrazzjoni u rappreżentanza legali
President
- Mexxej u rappreżentanza esterna
- Parteċipazzjoni f’diskussjonijiet biss b’setgħa approvata jew unanima
- Jista’ jiddelega setgħat
Viċi President
- Jassisti u jissostitwixxi l-President
- Jista’ jiddelega setgħat
- Fil-każ ta’ assenza, jieħu l-kariga ta’ President
Teżorier
-
Responsabbli għall-finanzi u rapporti
-
Jipproponi l-baġit u jikkontrolla l-eżekuzzjoni
-
Jista’ joġġezzjona dwar dispożizzjoni li tikkontradixxi l-istatut
-
Jiddelega setgħat lill-oħrajn
-
Fil-każ ta’ vakanza, jieħu pożizzjoni ta’ caretaker
<*
*
Artikolu 13 - Sena Finanzjarja
Il-Partit huwa non-profit; is-sena finanzjarja tgħalaq annwalment fil-31 ta’ Diċembru.
Sal-31 ta’ Marzu, it-Teżorier jippreżenta rendikont lill-Kummissjoni Elettorali.
Approvata mill-Assemblea Ġenerali annwali.
Artikolu 14 - Post Battal/Vakant
Vakanza tal-Bord - membru proviżorju jekk eliġibbli.
Elezzjonijiet sekondarji fl-Assemblea Ġenerali li jmiss għall-mandat preżenti.
Jekk il-Bord kollu jirriżenja, isiru elezzjonijiet ġodda fi żmien 3 xhur.
Artikolu 15 - Regolamenti Interni
Jistgħu jiġu adottati skont Artikolu 11 u proposti mill-Bord.
Kumitati u korpi addizzjonali, inklużi emendi, għandhom jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali.
Artikolu 16 - Emendi
Jeħtieġu vot tal-Assemblea Ġenerali.
Emendi, kambjamenti, korrezzjonijiet tekniċi jew ta’ emerġenza relatati ma’ kull aspett tal-partit jistgħu jsiru mingħajr vot, u f’kwalunkwe ħin approvati mill-President waqt li jkunu infurmati l-membri tal-Bord.
Artikolu 17 - Xoljiment
Jeħtieġ maġġoranza kwalifikata.
Assi jitqassmu lil entitajiet ta’ karità jew NGOs simili mingħajr skop ta’ qligħ.
Artikolu 18 - Membri Attwali
| Kariga | Isem |
|---|---|
| President u Fundatur | Mr. B McBee |
| Viċi President | Mr. C Camilleri |
| Teżorier | Ms. G Camilleri |
