Aqbeż għall-kontenut
ResidentiBeltinIl-Belt għal-Beltin.

Residenti tal-Belt Valletta

Skola, Talent u Kreattività

ResidentiBeltinSkola, Talent u Kreattività

L-Iskola tal-Belt Valletta, talent u kreattività

*Proposta Partit Indipendenti **ResidentiBeltin *– 27/09/2021 © (Digital & Published Rights)

01) Jinħoloq il-Klabb Ġenituri Beltin. Dan il-grupp iwassal kull tip ta’ suġġerimenti kollettivi.

02) Jiġu pprovduti korsijiet tal-Ewwel Għajnuna (First Aid/CPR) f’tagħlim bażiku, estiżi għall-adulti.

03) Jiġu pprovduti lezzjonijiet ta’ nutrizzjoni, estiżi għall-adulti.

04) Klassijiet lamaze – Kwalunkwe omm tkun tista’ ssib kontenut, tagħlim, riżorsi biex tipprepara għat-tqala, għat-twelid u lil hinn ma’ edukatur tat-twelid iċċertifikat minn Lamaze. Din tista’ tgħin lill-ommijiet jitgħallmu bil-pass tagħhom u jaċċessaw il-klassijiet. Dan jista’ wkoll jiġi estiż għal servizz online permezz ta’ kwalunkwe apparat għall-ommijiet li jippreferu jitgħallmu virtwalment jew li ma jistgħux jattendu għal klassi personalment.

**05) **Jiġu pprovduti eżerċizzji addizzjonali għat-tfal, żgħażagħ, estiżi għall-ġenituri bħal Self Defense Classes.

**06) **Bl-għajnuna mal-Iskola tal-Belt Valletta, tinħoloq sezzjoni ta’ talent lokali fejn inkopru l-aspetti kollha tat-talent li jinstab fil-lokalità. Din l-għajnuna tkun miftuħa għall-pittura, għall-kant, għall-mużika, fotografija, arti diġitali, żfin, eċċ.

**07) **Tista’ tiġi allokata binja għal dan l-iskop kif ukoll inħeġġu għall-pjattaforma għall-prestazzjoni. Ma jkunx eskluż li din il-binja tkun tista’ tintuża għal-laqgħat organizzattivi għall-Festi, futbol, subbuteo, u kull għaqda Beltija li jkollha bżonn.

Dan kollu jista’ jsir bil-koperazzjoni tal-Iskola tal-Belt Valletta u l-entitajiet kollha konnessi ma’ dawn l-aspetti.

*Kull proposta tiġi ssolidifikata u mtejba la darba l-Kunsill, taħt it-tmexxija tagħna, isejjaħ laqgħat pubbliċi mar-residenti.