top of page
3.jpg
2.jpg
Sant Jiermu-7.jpg

Forti Sant’Iermu
 

Proposta Moviment Soċjali Indipendenti ResidentiBeltin – 07/05/2020 © (Digital & Published Rights)
 

𝟎𝟏) Nixtiequ li jkun hemm trasparenza dwar kull wirt storiku ġewwa l-Belt Valletta.

𝟎𝟐) Tiġi evitata l-privatizzazzjoni ta’ dan il-wirt storiku, kif ġara mal-Forti Chambray, il-Maċina, il-Forti Manwel u sfortunatament Evans Building u l-Pixkerija l-antika li aktarx ippjanati għall-privatizzazzjoni flok għal skopijiet ta’ komunità, jew għal użu governattiv, eċċ. Kull wirt storiku qatt ma kellu jiġi trasferut lis-settur privat.

​𝟎𝟑) Il-Forti kollu għandu immedjatament jidħol taħt pjan ta’ restawr biex jiġi evitat il-periklu u d-deterjorament strutturali. Il-Karnivalisti bbażati fil-Belt Valletta għandhom jissejħu sabiex jintlaħaq ftehim konklussiv darba għal dejjem, hekk kif il-Villaġġ tal-Karnival għadu mhux lest. Sinċerament nittamaw li jista’ jibqa’ għall-iskop tal-Karnival u forsi għall-workshops għall-komunitajiet relatati mal-festi.

𝟎𝟒) Jekk il-Karnivalisti jesprimu xewqa ġenwina għall-Villaġġ tal-Karnival barra mill-Belt, f’dak il-każ il-Forti jista’ jkollu l-imħażen tiegħu (madwar 20) mikrija bħala sezzjonijiet ta’ spazji alternattivi; sezzjoni sportiva fejn jistgħu fil-kobor tal-Forti ikollhom biżżejjed spazju għal-Tournaments u jespandu għal-kompetizzjonijiet bil-biljetti u fund raisers, sezzjoni ta’ ċentru tan-negozji li għal snin sħaħ kienu sinonimi li jipprovdu servizz spiċċaw tilfu l-propjetà tagħhom minħabba kummerċjaliżmu estrem u privatizzazzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-Belt. Nhar ta' Ħadd, tal-Monti ukoll jistgħu jiġu mistiedna/akkommodati f'certu perjodi tal-għazla tgħahom. Jista' issir sinonimu ma' Due Balli fejn fil-Forti jistaw jakkomodaw Ballijiet hekk kif nafuhom tal-passat; speċjalment jekk per eżempju; il-kafetterija 'Premier' jew stabbilimenti magħrufin tal-passat xi investitur jippjana biex jirxoxtahom. Jista' jinħoloq spazju ġewwa wieħed mill-imħażen bħala GYM imexxi mill-VFC (Valletta Football Club) flimkien mal-opportunita li jkun hemm ħanut tal-merkanzija uffiċjali tal-VFC.

𝟎𝟓) Fuq il-bejt jista’ jinħoloq ġnien li jkun ta’ attrazzjoni turistika għall-familji u jipprovdi pulmun għal-lokalità. Jista’ jkun hemm ġnien sekondarju fejn tinsab il-funtana u fih jista’ jitpoġġa monument iddedikat lill-maħbub Pawlu Curmi u shabu karnivalisti.

𝟎𝟔) Fil-kobor tal-Forti jistgħu jiġu riservati sezzjonijiet għall-avvenimenti komunitarji li jakkomodaw pageants live, ċinema fuq barra jew spettakli staġjonali (ngħidu aħna marbutin mal-Għid, mal-Milied, mal-Ġimgħa l-Kbira, Notte Bianca, eċċ.), flimkien ma’ sala tal-unuri “Ikoni Beltin” li onoraw lill-Belt Valletta. Bħala kunċett, mhux biss se jingħataw unuri u premjijiet fil-post, iżda tinħoloq wirja diġitali tas-suċċessi u jiġu mmortalizzati biex jispiraw għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
 

​​𝟎𝟕) Kull qligħ li jiġi ġġenerat minn avvenimenti oħrajn imur għall-Istat jew għall-Kunsill Lokali biex b’hekk jiddaħħal kunċett ta’ Gvern b’wirt 'Patrimonju Sostenibli'.

​*Kull proposta tiġi ssolidifikata u mtejba la darba l-Kunsill, taħt it-tmexxija tagħna, isejjaħ laqgħat pubbliċi mar-residenti.

bottom of page