top of page
RB.jpeg

Residenti Beltin - Introduzzjoni

Kollox beda lura fl-2001, b'grupp żgħir; li maz-zmien inqeleb f'diversi ferghat. Mis-sena 2021 ' ResidentiBeltin ' ġie reġistrat biex uffiċjalment jaħdem fl-interess tar-Residenti. 
 

Il-Moviment Socjali innifsu jħeġġeġ lil kull resident jingħaqad miegħu fl-appell biex l-isfreġju w il-privatizzazzjoni jieqfu, il-Belt Valletta tiġi mħarsa u prottetta bil-fatti. Flimkien mal-iskop biex insaħħu d-drittijiet tar-residenti kollha. Fis-sena 2024 il-Grupp, inqeleb f'Partit ghall-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali 2024

 
Għanijiet U Prinċipji : 

 

1. Il-'Partit' li huwa favur l-ħidma b'umilta lejn ir-residenti Beltin, għal-interess unanimu ta’ kull Belti mingħajr ma jħares lejn il-kulur tal-individwi b’hekk il-partit jaqġħa taħt Partit Indipendenti. Sfortunatament bosta jiġu eletti u wara jabbużaw mill-fiduċja mgħotija lilhom. Bl-Introduzzjoni tal-Proposti Kollettivi fil-qasam għal-Elezzjoni Kunsill Lokali, jiggarantixxu riforma ġdida b'hekk jevita l-partit milli jagħmel li jrid jekk jitla' fil-Kunsill.
 

2.Il-partit ikun kommess jipprovdi lura d-dinjità, serħan, rispett u drittijiet illi kull resident għandu jkollu. Skond il-liġi li tipproteġi lill-individwu ġewwa daru u fil-pubbliku. Bhala ferghat jopera kemm bhala 'Għassa tal-Viċinat' kif ukoll bhala 'Grupp ta 'Pressjoni'.

 

3. Il-partit ikun kommess illi jsib bilanċ bejn ir-residenti w is-settur kummerċjali. Dan wara li l-partit hass il-weġgħa w l-ilmenti kontinwi tar-residenti fejn spiċċaw imsiekta u fil-mira ta’ bosta fil-konfront lejhom.
 

4. Il-partit jemmen bi shih għal-htiega w il-harsien ambjentjali, tradizzjonali, kulturali u dak ta’ patrimonju ta’ wirt nazzjonali li jinsab kollhu fil-Belt Valletta. Ghal-ġħan ta' kwalita`, ħajja aħjar u b'rispett shih ghad-drittijiet ghal-ġenerazzjonijiet futuri Beltin. Kif ukoll, l-partit ikun kommess illi jsaħħah u jonora it-titlu mill-UNESCO World Heritage, flimkien ma' kull obligu li dan il-prestiġju fejn ufficjalment fil-1980 inghata fuq il-Belt Valletta.
 

5. Il-partit iħeġġeġ li jingħata widen, u jwassal leħen ir-residenti b’trasparenza assoluta. Li jimxi mingħajr ebda intenzjoni jew deċiżjonijiet li jmorru kontra r-residenti speċjalment dawk f’kategoriji vulnerabli. Jgħin lir-residenti bħala persuna intermedjarji fejn u meta jkun possibli. Bil-hidma li l-Kunsill jinghata lura f'idejn ir-residenti, l'bghodd mill-partiggjanizmu, u fejn dan jemmen li jkun ta’ ezempju f’kull lokalita ohra.

  • Facebook
bottom of page