top of page
3.jpg
1.jpg
2.jpg
4.jpg
422927130_759180202754740_5409233517474346588_n.jpg
1.jpg
3_edited.jpg

Bilanċ Kummerċjali 

Proposta Moviment Soċjali Indipendenti - ResidentiBeltin - 02/09/2021 Ⓒ (Digital & Published Rights)
 

Dejjem kien it-twemmin tagħna li l-kummerċ kellu w għad għandu jevolvi madwar ir-residenti u l-lokalità, u mhux fejn ir-residenti w il-lokalita ikollhom ibaxxu rashom ghal-kummerċ estrem. Fl-aħħar mill-aħħar kull ċittadin huwa resident, huwa żgur li ebda negozjant ma jħobb lil min jiċħadlu jew jiksirlu ebda dritt bħala resident f'daru.

Qatt ma nistaw naċċettaw jew nittolleraw l-ingann bil-wegħda tal-Istat u l-fergħat Governattivi / Pubbliċi dwar l-'Ispazji Miftuħa'. Fejn din il-wegħda kienet xejn ħlief kliem ħelu li intuża bħala mezz biex qarqu lilna r-residenti inċedu l-parkeġġi residenzjali tagħna ħalli dawn l-ispazji jigu okkupati u mblukkati mis-Settur Privat - dawn ikkawżaw grid-lock massiv madwar il-Belt Valletta.

Kull resident u viżitatur għandu jkollu l-istess dritt sħiħ li għandu n-negożjant meta jasal biex ikollu l-ħidma u il-mistrieħ paċifiku, mingħajr interruzzjoni u bla ebda tfixkil matul il-ġurnata jew il-lejl. Id-dritt ta' wieħed m'għandux ikisser lill-ieħor, jingħatalhom l-istess dritt sħiħ li titlob il-liġi u jiġi pprovdut bl-aċċessibiltà sħiħa fejn jidħlu spazji pubbliċi, passaġġi pubbliċi, f’kull ħin u mingħajr ebda farka ta' xkiel. Qatt ma kellna problema b'żewġt imwejjed jew erbgħa, infatti qabel, sa ftit snin ilu kull negozju u stabbiliment dejjem wera rispett enormi lejn ir-residenti, illum' il ġurnata li qegħdin naraw huwa biss regħba u ħakma ta' art pubblika, konflitti illi jiksru drittijiet umani ta' haddiehor speċjalment tal-kategorija vulnerabli.

Ebda individwu m'għandu jiġi iddiskriminat jew jinħoloqlu inkonvenjent b'kawża ta' konflitt jew ħakma ta' art pubblika.

                  '𝑳-𝒊𝒏𝒕𝒆𝒓𝒑𝒓𝒆𝒕𝒂𝒛𝒛𝒋𝒐𝒏𝒊 𝒕ħ𝒂𝒍𝒍𝒊 𝒃𝒊𝒆𝒃 𝒎𝒊𝒇𝒕𝒖ħ 𝒈ħ𝒂𝒍𝒍--𝒂𝒃𝒃𝒖ż, 𝒖 𝒕𝒆𝒓ġ𝒂'' 𝒕𝒊𝒓𝒓𝒆𝒑𝒆𝒕𝒊 𝒍-𝒊𝒔𝒕𝒆𝒔𝒔 ż𝒃𝒂𝒍𝒍.. 𝑨𝒍𝒍𝒖𝒓𝒂 𝒈ħ𝒂𝒍𝒂𝒒 𝒊𝒍-𝒃𝒊𝒆𝒃, ħ𝒂𝒍𝒍𝒊 𝒕𝒂𝒈ħ𝒍𝒂𝒒 𝒊ċ--ċ𝒂𝒏𝒔 𝒕𝒂' 𝒂𝒃𝒃𝒖ż'

Fost proposti oħra ta' bilanċ, min osserva w identifika sew il-problemi... jaqbel li għandhom jigu riveduti l-għotja u tfassil tal-permessi; dawn il-permessi dejjem kellhom ikunu l-ewwel li kull raprezentant kellu jindirizza.....

                            ''𝑱𝒆𝒌𝒌 𝒊𝒍-𝒑𝒆𝒅𝒂𝒎𝒆𝒏𝒕 𝒎𝒂 𝒋𝒌𝒖𝒏𝒙 𝒎𝒊𝒃𝒏𝒊 𝒇𝒖𝒒 𝒊𝒔-𝒔𝒐𝒅... 𝒔𝒕𝒆𝒏𝒏𝒂 𝒌𝒐𝒍𝒍𝒂𝒔𝒔''

𝟎𝟏) Regolarriżazzjoni tal-imwejjed u siġġijiet, ikunu konformi mal-istruzzjonijiet tal-ispazji pubbliċi, uniformi u f'kundizzjoni sura, konformi mal-prevenzjoni, ordni w organizazzjoni pubblika.

Aċċessibilta pubblika fejn jipprovdu sigurtà’ biżżejjed biex ikun hemm passaġġ li tgħaddi ambulanza, vetturi tat-tifi tan-nar, vetturi tal-protezzjoni ċivili. L-ikbar vettura fosthom hija tlett metri wiesgħa; għalhekk insostnu li jkun hemm bilfors u bil-liġi, aċċess f'kull triq jew sqaq f’każ ta’ Emerġenza.

 

𝟎𝟐) Ebda tip ta' imblokk permezz ta' mwejjed, siġġijiet, strutturi quddiem 'Fire Exits' jew bibien prinċipali kemm ta' Banek, Knejjes, Mużewijiet, Residenzi Privati, Garaxxijiet, Postijiet jew Istituzzjonijiet Edukattivi, Postijiet Storiċi jew Stabbilimenti ta' Negozji oħra.

 

𝟎𝟑) Il-Permessi jiġu kkunsidrati skond il-kobor u d-daqs taż-żona, fejn tkun permissibbli mingħajr okkupazzjoni ta' toroq, bankini u taraġ. Okkupazzjoni ta' pjazez sa massimu 70% maqsum bejn l-istabbilimenti tal-madwar, inkluz ir-riserva ta’ 3 metri ta’ spazzju liberu madwar il-monumenti jew funtani.

 

𝟎𝟒) Bil-Liġi kull stabbilimenti ikollu l-permess fuq barra, kif ukoll log-book li jkun miżmum waqt kull ħin fil-propjetà tal-negozju. Dan il-log book ikollu kull permess u liċenzji ta' dak kollu relatat mal-operat u li jkun aċċessibbli mill-Forzi tal-Pulizija jew entità Pubblika oħra. Ikun hemm numru speċifiku imniżżel ta' kemm il-mejda jista' jkollu l-stabbiliment. Il-Permessi ikunu aġġornati w aċċessibbli via l-sit elettroniku tal-Kunsill u ta' l-Entitajiet Pubbliċi.

 

𝟎𝟓) Strutturi permanenti qatt ma kienu u qatt m'huma aċċettabbli. Speċjalment jekk jitħallew fuq barra wara l-għeluq tal-operat. Ir-regolamenti għat-tiżjin fuq barra għandhom ikunu stretti, ta' kwalità u rispettivi b’risq il-Lokalità tal-Belt Valletta flimkien mal-kundizzjoni ta' ebda ostaklu pubbliku jew detriment għal-poggiamani u kwalunkwe mezz ta' għajnuna lil persuni vulnerabli ta' kull età u kategorija. Kull ogett jew pjan irrid jigi approvat mill-Kunsill.

 

𝟎𝟔) Ebda permess ta' siġġijiet jew imwejjed ma jingħataw lil negozji fejn diġà għandhom biżżejjed spazju u kobor fuq bejt, fuq parapett, fuq terrazzin, ġewwa il-propjetà’ mixtrija / mikrija - Inkella jingħataw biss permess ta' numru limitat; 4 massimu fuq barra. Kull permess jingħata biss taħt l-istess skrutinju fejn jirrispetta u jonora l-liġi tal-ispazji u żoni pubbliċi.

Filwaqt illi negozji fejn ma għandhomx spazju biżżejjed fuq ġewwa l-propjetà’ mixtrija jew mikrija jingħataw b'kunsens għal-porzjonijiet/perċentwal ikbar, dejjem jekk ikun permissibbli skond il-liġi u xorta taħt l-istess skrutinju. L-għan li jitnaqqsu drastikament iż-żoni tal-catering fuq barra huwa biex in-negozji ż-żgħar li jinsabu fil-periferiji tal-belt; tul dawn is-snin dejjem kellhom klijentela, dawn qatt ma rrikorrew jieħdu spazji pubbliċi jew xi parkeġġ, iżda l-istabbilimenti tagħhom illum il-ġurnata qed jispiċċaw mingħajr klijenti dan minħabba l-istabbilimenti l-kbar qedghin jahtfu kull ammont ta' klijenti mingħajr ma jħallu għal-ħaddieħor.

 

𝟎𝟕) Tneħħija tal-posters, menu boards, tankijiet, appliances li huma żejda u li huma kkunsidrati llegali skond il-liġi. Diġà hemm liġijiet, u dawn għandhom jiġu infurzati mingħajr ebda konflitt professjonali, politiku jew personali.

 

𝟎𝟖) F'każ ta' nuqqas milli jiġu rispettati dawn il-protokolli, il-permess jiġi revokat b'mod permanenti jew temporanjament sospiż u tingħata penali xierqa. Issir kull emenda neccesarja fil-Bilaws tal-Lokalita.

 

𝟎𝟗) Jiġu protetti l-monumenti u siti storiċi kif ukoll jinżammu responsabbli dawk illi jagħmlu ħsara fiż-żona tal-okkupazzjoni tagħhom. Rappreżentanti tal-Istat u tal-Awtoritajiet jiġu msejjħa biex jiġi mfassal 'Ftehim Legali' inforzabbli b’rispett lejn ir-residenti fil-viċinanza ta’ dawn l-istabbilimenti, b'hekk jiġu aġġornati l-liċenzji tan-negozji preżenti u dawk futuri li jiggarantixxu r-responsabbiltà u kontabbiltà' b’mod awtomatiku la darba jinfetah negozju.

 

𝟏𝟎) Take Aways u dawk simili għandhom iżommu mal-propju kunċett ta' Take Aways. B'hekk jitnaqqas il-tnaqqir ta' iktar parkeġġi, kif ukoll permezz ta' dan ebda spazju pubbliku ma jkompli jittieħed.

𝟏𝟏) Żoni residenzjali jibqgħu żoni residenzjali. Inħeggu tip ta' kummerċ essenzjali, tal-merċa, ta' servizz għal-komunità jew li joperaw sa certu ħinijiet ta’ matul il-gurnata mhux mal-lejl b'hekk inħeġġu lin-negozji ż-żgħar, li ma jiffastidjawx lir-residenti u nippruvaw insalvaw in-negozji li tant ilhom jagħmlu parti mill-Belt Valletta.

 

𝟏𝟐) Il-Kunsill jagħti l-għajnuna tiegħu lil negozji antiki u żgħar speċjalment dawk sinonimi mal-Belt Valletta billi jiġu reklamati bla ħlas fuq kull pjattaforma tal-Kunsill Lokali nnifsu flimkien ma kull pjattaforma oħra illi tkun lesta biex tikkollabora.

 

𝟏𝟑) Bħala Lokalità għandna nagħmlu użu mill-Gwardjani Lokali fejn dawn jingħataw ukoll awtorità biex jagħmlu moniteragg xieraq fuq l-istabbilimenti u żoni residenzjali.

𝟏𝟒) Ebda amplifikazzjoni fuq barra; hekk kif inhi l-ligi (Fejn tippermetti eccezzjoni biss għall avvenimenti nazzjonali, relatati maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Belt Valletta, dawk Religjuzi jew Festivals/Avvenimenti ta 'one-off')

 

𝟏𝟓) Nikkunsidraw live performances atmosferiċi, bħal kitarra fl-isfond, kant melodiku/armonjuz fl-isfond b’hekk inħeġġu l-artisti u mużiċisti. Permessibli sal-ħdax ta’ filgħaxija. Permezz ta 'permess skedat, biex jiġi evitat kunflitt.

𝟏𝟔) Amplifikazzjoni fuq ġewwa hija permissibbli; kull stabbiliment irrid ikollu bieb li jingħalaq, sistema ta’ sound proofing kif suppost. Id-daqs tal-speakers permissibbli hija dik ta' daqs żgħir iżda li jwassal u jimla l-propjetà biżżejjed għall-‘indoor entertainment’.

𝟏𝟕) Jiġu introdotti sistemi decibali fil-lokalità, ċertu diskrepanzi li jistgħu jinħolqu mingħajr it-tort jew kontroll assolut tas-sidien. Il-mizuri tolerabli fuq barra ilaħħqu sa massimu 55-65dB – iżda jekk stabbiliment ikun repettivament ta’ inkonvenjent jew jirrikorri għall-abbuż, il-Kunsill u l-Awtoritajiet jieħdu passi kollha neċessarji. B’dawn il-miżuri, nittamaw li noħolqu preċedenti għal-lokalitajiet oħrajn. Għalkemm aħna kontra kull speaker ta' barra; jekk il-lokalità turi interess jew sapport li kull stabbilimenti ikollhom tip ta’ speakers żgħar f’żoni kummerċjali, f’kwalunkwe ġurnata jew għal kwalunkwe avveniment irrid ikollu sistema ta’ soundproofing u approvazzjoni tar-residenti u negozji ohra tal-madwar.

𝟏𝟖) Insostnu li l-Kunsilli Lokali għandhom ikollhom l-awtorità', d-dmir u d-dritt li jfasslu linji gwida ta’ kif jingħataw dawn il-permessi ġewwa l-lokalità rispettiva tagħhom, flimkien ma dmir li jipprovdu l-għodda u miżuri neċessarji ta' kontroll b'risq il-paċi u ordni pubblika.

𝟏𝟗) Il-Kunsill Lokali jimplimenta pjan ta' inklużjoni lejn persuni b'diżabbiltà jew b'xi impediment ieħor. Kull ġbir ta’ flus mill-permessi u penali jiġu proposti li jmorru għall-investimenti f’proġetti lejn il-komunità’ Beltija, biex ukoll il-Kunsill ikollu soluzzjoni għal kwalunkwe dejn minn amministrazzjonijiet preċedenti.

𝟐𝟎) Nemmnu li kull proposta ta’ tħażżiż ta’ l-art jew immarkar f'toroq jew fuq bankini li jappartjenu ġewwa l-Lokalità iktar u iktar meta hija Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO mhux biss hija degradanti u immatura iżda ma ssolvix l-aspett ta' diżorganizzazzjoni, kaos jew l-aspett fejn art pubblika tkun ħielsa għal kulħadd lanqas.. Il-lokalità teħtieġ ippjanar aħjar, dixxiplina, u fuq kollox konformità. B'Hekk nemmnu iktar u iktar li l-imwejjed għandhom jinżammu viċin kemm jista'' jkun mal-faċċata tal-istabbiliment li japplika għalihom kif ukoll nemmnu li l-permessi għandhom ikunu skond l-ammont ta' mwejjed b'hekk ikun faċli għal-Awtoritajiet biex jgħoddu l-kwantità' flok joqgħodu jkejlu kull stabbiliment li hawn fil-lokalità.



Assigurazzjoni minn Xogħolijiet u Entitajiet Privati:

Proposta Moviment Soċjali Indipendenti - ResidentiBeltin - 05/09/2011-2020 Ⓒ (Digital & Published Rights)

Jiġu proposti ‘Depożiti ta’ Assikurazzjoni’ għal kull tip ta’ xogħolijiet u attivitajiet mwettqa mis-settur jew b'kollaborazzjoni privat, b’hekk f’każ ta’ ħsarat jiġu koperti mill-istess entità illi għamlet dan it-tip ta’ ħsara minflok jintefqu flus il-poplu biex isewwi l-ħsarat. Dawn ikun iddettat minn uffiċjal/spettur b'inklużjoni tal-Kunsill Lokali qabel jibda x-xogħol, waqt ix-xogħol u wara li jitlesta x-xogħol jew l-attività.


L-Avviż Legali 161/163-2022 - Revokazzjoni.

Proposta Moviment Soċjali Indipendenti - ResidentiBeltin - 05/06/2022Ⓒ (Digital & Published Rights)

''In-Negozjanti huma residenti fl-aħħar mill-aħħar; kullħadd japprezza rispett u paċi pubblika madwar id-dar tiegħu, b'hekk għandhom iġibu xejn ħlief rispett lejn residenti madwar il-negozju tagħhom u mhux inkonvenjent''

L-Avviż Legali 161/163-2022 illi jippermetti l-estensjoni tal-operat tal-bars b'mużika sa' 01.00 ta' filgħodu, dan l-Avviż ġie introdott mingħajr il-kunsens u mingħajr l-interess tal-kommunità Beltija, dan minkejja li bosta stabbilimenti ta' divertiment kienu diġà ta' inkonvenjent serju għar-residenti. Dan l-Avviż mingħajr struttura ta' infurzar jew miżuri serji fejn inħolqu riperkussjoni fuq bosta residenti ukoll stabbilimenti ta' akkomodazzjoni fejn it-turist jispiċċa mcahhad mis-serħan ta' matul il-ġurnata u matul il-lejl. It-toroq mgħazula minn dan l-avviz legali jibqgħu nezlien u storbju jinfirex f'żoni residenzjali; dan m'għandhux ikun - din hija raguni oħra għala ebda proposti ta' amplifikazzjoni m'għandhomx jigu implimentati.

Inkomplu naħdmu biex jitrażżnu l-abbużi li jmorru kontra l-parametri tal-ħin u kundizzjonijiet permissibbli tad-drittijiet umani, se nitolbu lill-awtoritajiet biex jinvestigaw is-siegħat operattivi abbażi tas-sistema ta’ riċevuti tal-istabbiliment meta jiġi rappurtat. L-operaturi li jabbużaw minn l-estensjoni tal-operat sa' 02.00am għandhom jiġu mħarrka awtomatikament u tingħata twissija ta' sospensjoni temporanja tal-operat  - diversi residenti ilhom jirrapportaw li hemm uħud minn dawn l-operaturi li jdumu sa' 03.00am u oltre. Ma dawn l-Awtoritajiet se ninkludu l-Awtorita tas-Sahha u dawk tas-Sanità.

Flimkien mal-wegħda tagħna ta' Revokazzjoni, naħdmu biex ir-residenti ikollhom dritt biex jiġi revokat kull tip ta' Avviż Legali flimkien mal-permessi ta' 'Entertainment' li ġew implimentati, appoġġati jew li nħarġu mill-Kunsill. Fuq din il-wegħda, nżidu l-ħidma sa biex jitfasslu drittijiet u miżuri ġodda favur ir-residenti u viżitaturi kollha fil-Belt Valletta - mhux se nħallu l-istess żbalji jiġu ripetuti minn ebda entità'.

Huwa imperattiv li xejn ma jiġi ċedut jew mibjugħ lis-settur privat taħt l-iskuża ta ''progress,' peress li dan, fir-realtà, ifisser rigressjoni u privatizzazzjoni. Jekk jsir xi trasferimenti dawn jirriżultaw f'telf ta' pussess tal-poplu Malti u dak tal-aċċessibiltà kemm għalina kif ukoll għaċ-ċittadin ieħor.

Il-Belt, il-Beltin u l-Għaqdiet Kommunitarji ma jistgħux ikomplu jiġu mgiegħla jbaxxu rashom ghal-Kummerċ Estrem bl-addoċċ u bla rażan. Kull gvern kellu w għandu jiffunzjona bħala kustodju tar-riżorsi pubbliċi, ħieles minn manipulazzjoni jew influwenzi mis-settur privat.

Fl-aħħar u mhux l-inqas bħala parti minn din is-sezzjoni, naħdmu biex jiġi rrispettat u msahhah it-titlu tal-UNESCO World Heritage fuq il-Belt Valletta. L-importanza tal-isforzi u ħidma tagħna huma kruċjali sa biex niddefendu l-kosta pubblika, l-art u il-propjetà personali (boathouses) u proprjetà pubblika, kif ukoll l-iżgurar tal-aċċess pubbliku għaċ-ċittadini tal-lokalità ma jistgħux jiġu privatizati.

https://ombudsman.org.mt/recommendations-not-implemented-lack-of-official-markings-for-outdoor-catering-areas/

*Kull proposta tiġi ssolidifikata u mtejba la darba l-Kunsill taħt it-tmexxija tagħna jsejjaħ għal laqgħat pubbliċi mar-residenti.

379664302_326928133156795_25014736460820
legal notice map.png
wwwwwwwwwwwwww.png
287705889_3077951389184030_6068980230479432256_n.jpg
291327968_708442600249838_420710437219749369_n.jpg
FB_IMG_1707581942177__01.jpg
sssssssssssssssss.png
IMG_20240214_162051851.jpg
IMG_20240214_162152292.jpg
398732062_754251266461204_4910221251185361262_n.jpg
393866885_745341540685510_5242837535426284572_n.jpg
419508344_791614646058199_4702415025434275166_n.jpg
404319078_764237662129231_2308788197768119520_n.jpg
hhhhhh.png
bottom of page