top of page
1.jpg
4.jpg
2.jpg
Ambjent-6.jpg
Ambjent-1.jpg
image.png

L-Ambjent u Inklussivita
 
Proposta Moviment SoÄ‹jali Indipendenti ResidentiBeltin – 12/09/2021 © (Digital & Published Rights)
 
01) Il-Kunsill taħt il-Partit ResidentiBeltin ikun kommess biex bil-ħidma tiegħu jipprovdi aktar arja safja, fi Ä¡lieda kontra t-tibdil tal-klima biex b’hekk jipprovdi kwalità ta’ ħajja aħjar lejn ir-residenti u l-viżitaturi.

02) Neliminaw il-possibbiltà li jinħolqu 'no go zones' u 'ghetto areas'.

03) JiÄ¡u proposti iktar siÄ¡ar li jipprovdu livell għoli t’ossiÄ¡nu u dell, Ä¡onna tal-komunità u iktar spazji pubbliÄ‹i fejn dawn ikunu possibbli. TiÄ¡i proposta wkoll iktar ħidma favur l-inklussività u l-ambjent mingħajr ma neliminaw dak li diÄ¡à għandna.

04) Bħala parti mis-serħan tal-moħħ għar-residenti, il-Kunsill ikun responsabbli jieħu azzjoni kontra ż-żunżan perikoluż magħruf bħala Å»unżan Bagħal (Oriental Hornets). L-azzjoni neÄ‹essarja hija propju riÄ‹erki biex titneħħa kull bejta – inwaqqfu l-problema mis-sors.

05) Ħafna wegħdiet u kliem sabiħ rigward it-tnaqqis ta' polluzzjoni fil-Port il-Kbir li jaffettwa l-Belt Valletta u l-Furjana, kif ukoll żoni oħra tal-madwar iżda fil-verità xejn m'hu qiegħed issir sa biex il-Cruise Liners ibiddlu s-sistema hekk kif kienet Ä¡iet imwegħda. Wasal iz-żmien li nipproteÄ¡u saħħitna, hekk kif l-Awtoritajiet, Gvernijiet, Oppożizzjoni, Kunsilli urewna li ma jimpurtahomx billi baqgħu passivi, ma hadux azzjoni konkreta b'risq saħħitna u dik tal-għeżież tagħna - Wasal iz-żmien li kull Awtorita żżomm kellmitha u terfa' responsabbiltà.

 

 

Skart, indafa u riċiklaġġ

01) Naraw li jkun hemm ħsieb biex l-iskipps taż-żibel ma jitpoÄ¡Ä¡ew taħt it-twieqi ta’ ħadd u ma jostakolawx l-aÄ‹Ä‹ess tan-nies. Naraw ukoll li dawn l-iskipps ikunu mnaddfa u miżmuma fi stat tajjeb, u jinżamm monitoraÄ¡Ä¡ tajjeb tagħhom.

​

02) Laned għall-ħmieÄ¡ tal-iskart tal-annimali u skipps riÄ‹iklabbli huma ferm essenzjali madwar il-lokalità biex ir-resident ikollu l-kumdità biex ikun jista’ jirriÄ‹ikla mingħajr restrizzjoni jew limitazzjoni ta’ ħinu u ma jispiÄ‹Ä‹ax immultat. TiÄ¡i mħarsa wkoll il-kwistjoni tal-ħġieÄ¡ biex b’hekk jitnaqqas il-ħġieÄ¡ barra fit-toroq.

03) It-trash bins ċentrali li tneħħew għandhom jiġu lura fil-postijiet oriġinali tagħhom. Nitolbu li jiġu installati trash bins ġodda ħdejn iż-żoni storiċi u residenzjali. Bħala soluzzjoni primarja biex jiġu eliminati l-inkonvenjenzi kkawżati minn deċiżjonijiet ħżiena preċedenti, se naħdmu biex nirduppjaw ir-rotot taż-żibel matul ċerti jiem. Se tiġi pprovduta laqgħa kollettiva mal-maġġoranza tar-residenti.

04) Aktar minn hekk, naqblu mal-liÄ¡i diÄ¡à eżistenti li għal kull akkomodazzjoni turistika – però nżidu li dawn ikunu marbuta legalment b’kollettur privat tagħhom stess – għandu jsir monitoraÄ¡Ä¡ frekwenti mill-awtoritajiet biex jiÄ¡i vverifikat li dan is-servizz privat verament jeżisti u li verament qiegħed jintuża. Dan jinkudi wkoll stabbilimenti u ristoranti ta’ kull proporzjon, inkluż dawk kbar. Il-ħinijiet ta’ ħruÄ¡ u Ä¡bir tagħhom għandu jsir f’ħinijiet differenti minn dawk tas-sistema ta’ Ä¡bir ieħor, biex b’hekk nevitaw ammonti kbar fit-toroq u bankini tal-lokalità.

05) Negozji żgħar li ma jirriproduÄ‹ux ammont ta’ skart konsiderevoli jkunu eżentati milli jqabbdu servizz privat, iżda dejjem taħt it-termini ta’ seperazzjoni u riÄ‹iklaÄ¡Ä¡ ta’ skart. 

Eżempju ta’ proposti oħra, miÄ¡burin minn diversi residenti:

​​

Skart residenzjali

Ħin tal-ħruġ tal-iskart: 5am-7am

Ħin ta’ siegħa biex jiÄ¡i evitat traffiku kmieni minn barra: 7am-8am

Ħin tal-ġbir: 8am-9am

 

Skart kummerċjali

ĦruÄ¡ ta’ skart: 9.00am-9.30am u 6.00pm-6.30pm

Ħin tal-ġbir: 10am-11am u 7pm-8pm

* Ħin biżżejjed biex jiÄ¡i evitat ir-rush hour ta’ wara nofs in-nhar, speÄ‹jalment għar-residenti u l-istudenti biex jirritornaw lura d-dar.


Wara l-introduzzjoni tas-sistema tal-kollettur privat, nemmnu li l-iskart kummerÄ‹jali jrid jinħareÄ¡ biss ftit minuti qabel il-Ä¡abra mill-kollettur privat; b’komunikazzjoni u qbil bejn żewÄ¡ entitajiet li jaslu għall-Ä¡id lejn ħidma biex it-toroq u l-passaÄ¡Ä¡i ma jiÄ¡ux maħkuma minn skart eÄ‹Ä‹essiv għal tul ta’ ħin.

Ä urnata waħda matul il-Ä¡imgħa – jew Ä¡urnata waħda matul il-weekend – għar-residenti, se tiÄ¡i pprovduta rotta doppja għall-borża s-sewda. Din il-proposta tippermetti rimedju għal kull resident li jista’ jkollu familja kbira, jew tilef skeda filgħodu minħabba xogħol jew jekk qatt kellu xi tip ta’ emerÄ¡enza.

​

​*Kull proposta tiġi ssolidifikata u mtejba la darba l-Kunsill, taħt it-tmexxija tagħna, isejjaħ laqgħat pubbliċi mar-residenti.

 

bottom of page